Il-Prim Ministru Robert Abela, f’ittra li bagħat lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne talbu jirrikunsidra d-deċiżjoni tiegħu li ma jibqax Deputat Prim Ministru.
Dan għal raġunijiet li diġà l-Prim Ministru esprimihom pubblikament fejn ġew misħuqa l-kwalitajiet ta’ integrità u kapaċità li għandu d-Deputat Prim Ministru.
“Fl-aktar mumenti iebsa għal pajjiżna, mhux biss sibtek ta’ spalla iżda l-pajjiż ibbenefika bil-kbir mill-kapaċitajiet tiegħek. Dan kien innutat ukoll fuq livell internazzjonali”, saħaq il-Prim Ministru fl-ittra mibgħuta.
Huwa temm itenni fiduċja fi Chris Fearne.
Chris Fearne tenna li kien l-akbar privileġġ li jservi lil pajjiżna.
Qal li hu jirringrazzja lill-Prim Ministru tal-fiduċja sħiħa murija fl-integrità tiegħu.
AQRA AKTAR: