Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem il-memorja tal-eluf ta’ vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija f’Jum it-Tifkira. Il-Prim Ministru flimkien ma’ wħud mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż poġġew girlanda ta’ fjuri marbuta ma’ dan il-jum biswit il-monument tal-Gwerra fil-Floriana.
Aktar kmieni saret ukoll quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann li fakkret il-vittmi tal-Gwerer.