Il-Prim MInistru Ingliż Boris Johnson kkonferma l-posponiment tar-rilaxx ta’ miżuri għal kontra t-tixrid tal-Covid-19.
Dan wara li r-rata ta’ infezzjonijiet fir-Renju Unit qiegħda tiżdied.
Johnson sostna li l-poplu Ingliż irid ikun realistiku, inkella se jkomplu jintilfu l-ħajjiet fir-Renju Unit.
Għal dan il-għan se jkun qed jitnieda pjan ta’ tilqim addizzjonali tal-vaċċin għal kontra l-Covid-19.
Dan il-pjan se jkun qed jitħabbar fil-jiem li ġejjin mis-Segretarju Ingliż għas-Saħħa.
Bħalissa l-pjan fir-Renju Unit hu li persuni li għandhom 18-il sena jew aktar jitlaqqmu bil-Moderna jew Pfizer.