Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar li aktar miżuri, biex jitrażżnu l-infezzjonijiet tal-COVID-19, jistgħu jidħlu fis-seħħ f’xi partijiet fl-Ingilterra fil-ġimgħat li ġejjin.
Fost il-miżuri, hemm il-possibilità li l-iskejjel jinżammu magħluqa minkejja li din id-deċiżjoni tmur kontra dak li jixtieq il-gvern Ingliż. Iżda, Johnson qal li kellhom ikunu realistiċi dwar it-tixrid tal-varjant il-ġdid tal-virus.
Il-Prim Ministru Ingliż qal illi t-tilqim se jkun qed jgħin biex jonqsu r-restrizzjonijiet, huwa żied jgħid li qed jittama li miljuni ta’ ċittadini jitlaqqmu kontra l-virus fit-tliet xhur li ġejjin.