Fit-tieni jum tas-summit tal-G7, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kellu laqgħat mal-President Franċiż Emanuel Macron, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel kif ukoll mal-President tal-KE Urusula Von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel.
Waqt dawn il-laqgħat huwa appella għall-kompromess dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll tal-Irlanda ta’ Fuq. Johnson għamilha ċara li jixtieq li jintlaħaq kompromess min-naħat kollha.
Kelliem għall-Gvern Ingliż qal li l-Prim Ministru għamilha ċara li r-Renju Unit huwa mpenjat li jsib soluzzjonijiet prattiċi li jimminimizzaw l-impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-Irlanda ta’ Fuq.
Il-mexxejja tal-UE qablu li jkomplu jitkellmu sabiex tinstab riżoluzzjoni.