It-Tnejn, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson tenna li mill-aħħar ta’ Settembru li ġej, kull minn jixtieq jidħol ġo postijiet tad-divertiment li fihom tattendi l-massa jrid juri prova li huwa mlaqqam kompletament kontra l-COVID-19.
Saħansitra, il-Ministru Ingliż responsabbli mit-tilqim qal illi test negattiv tal-Coronavirus mhux se jkun biżżejjed biex persuna tidħol ġo dawn il-postijiet.