Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnsin żvela li ħadem fuq pjan ta’ kontinġenża għall-pajjiż waqt li kien ma jiflaħx bil-Coronavirus fl-isptar.
F’intervista, Johnson stqarr li ngħata litri fuq litri ta’ ossiġnu biex jinżamm ħaj.
Qal kif il-ġimgħa li qatta’ fl-isptar, hu tħalla b’motivazzjoni liema bħalha biex ma jħallix lil ħaddieħor isofri u biex jgħin lir-Renju Unit jerġa’ jqum fuq saqajh.