Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson irriżulta pożittiv għall-Coronavirus.
Il-midja Ingliża fost oħrajn għadha kemm irrappurtat li l-Prim Ministru għandu sintomi ħfief u se jkun qed jiżola lilu nnifsu f’Downing Street.
Kelliem għall-uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż qal li Johnson xorta se jibqa’ jmexxi l-Gvern f’dan il-mument ta’ kriżi għar-Renju Unit.
Huwa għamel test fuq parir tal-Kap tal-uffiċċju mediku tar-Renju Unit, il-Professur Chris Whitty.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/03/27/ir-regina-tiehu-l-prekawzjonijiet-mehtiega/