Matul il-jum tal-Erbgħa l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ser jivvjaġġa lejn Brussel għal laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen sabiex jiġi diskuss l-ftehim wara li jintemm il-perjodu tranżitorju ta’ Brexit.
Dan fid-dawl li l-ħin jinsab kontra r-Renju Unit sabiex jintlaħaq il-ftehim sa qabel l-aħħar ta’ din is-sena fejn ir-Renju Unit jieqaf isegwi r-regoli relatati mal-kummerċ Ewropew.
Din il-laqgħa ilha mistennija hekk kif in-negozjati bejn l-uffiċjali ma ntemmux fuq nota tajba u kien hemm diżgwit fosthom fuq id-drittijiet tas-sajd.