Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qed jiġi akkużat b’lingwaġġ perikoluż dwar Brexit.
F’dibattitu jaħraq fil-House of Commons, il-Prim Ministru Ingliż akkuża Membri Parlamentari għal darba darbtejn, b’sabotaġġ ta’ Brexit.
Wieħed mill-Membri Parlamentari saħansitra qallu biex irażżan kummenti vjolenti li għadda, u qal li kien hemm Membri Parlamentari oħra li ffaċċjaw theddid fuq ħajjithom b’lingwaġġ simili għal dak li uża hu.
Dan id-dibattitu sar ġurnata wara li l-Qorti Suprema fir-Renju Unit iddikjarat li d-deċiżjoni ta’ Johnson li jissospendi l-Parlament kienet illegali.
Il-Prim Ministru Ingliż sfida lill-Oppożizzjoni biex tressaq vot ta’ sfiduċja fil-Gvern jew titlob elezzjoni ġenerali, jew inkella tħallih jaħdem biex joħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea sal-aħħar t’Ottubru, kif wiegħed kemm il-darba li se jagħmel.