Il-Prim Ministru ħabbar deċiżjonijiet importanti mhux biss għas-settur ambjentali iżda anki fil-qasam tal-ippjanar.
Wara deċiżjoni importanti li tat serħan il-moħħ li Ħondoq ir-Rummien ma jiġix żviluppat u d-deċiżjoni dwar l-Università Amerikana fejn bejn Bormla u l-Isla issa hemm spazju miftuħ isbaħ għall-komunità, il-Prim Ministru ħabbar sensiela ta’ deċiżjonijiet oħra importanti li jagħtu s-serħan il-moħħ kontra xi forma ta’ żvilupp.
“Illum nista’ nħabbar li se nagħtu serħan il-moħħ lir-residenti ta’ Wied il-Għajn bil-bidla fil-pjan lokali li tiżgura li hemmhekk ma ssirx marina, kuntratrju għal dak li kien ippermetta l-pjan lokali ta żmien l-amministazzjoni nazzjonalista. Se nagħmlu bidla f’Wied Żnuber, fejn filwaqt li se nizguraw li l-proġett tad-dilettanti tal-ajruplani jsir iżda jiċkien, u niżguraw li l-buffer zone mal-wied, filwaqt li illum qedha fuq art industrijali tiġi ODZ.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Hawnhekk il-Prim Minisru rriafferma lil-impenn tal-Gvern li t-trakka tal-karozzi titlesta f’din il-leġiżlatura. Il-Prim Ministru tenna dwar riforma oħra li anki hawn ikollna Malta ġusta, dik dwar kif żvilupp li jkun kontestat b’appell ma jimxix ’il quddiem sakemm jinqata’ l-appell.
Fid-diskors tiegħu b’viżjoni għal Malta u Għawdex isbaħ, fejn partikularment fuq il-gżira tat-tliet għoljiet tkellem dwar gżira ta’ villaġġi u li tibża’ għal pajsaġġi, il-Prim Ministru Robert Abela semma kif familji fosthom missier tkellmu miegħu dwar ħtieġa ta’ aktar spazji miftuħa li fihom il-familji jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.
“Lil dak il-missier kif edtlu dakinhar, nerġa’ nikkonfermalu li din is-sena se nirdoppiaw l-isforzi tagħna. It-twaqqif tal-aġenzija Project Green fissret impetu ġdid f’dan il-qasam. Insemmi I-Park tal-Familja f’Bengħajsa li intom ridtu tagħmluh miżbla, l-estensjoni ta’ Park San Klement f’Ħaż-Żabbar u I-Green Campus f’Milbrae Grove il-Mosta. Proġetti mxerrda ma’ Għawdex u Malta kollha.Biex nirriġeneraw qed noħolqu spazji ġodda daqs ħdax-il darba u nofs li jikkupa l-istadium nazzjonali ta’ Ta’ Qali. Iva tista’ tgħid id-doppju tal-proġetti li wettaqna sa issa.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru nnota wkoll l-investiment fil-prijoritajiet il-ġodda li għandu l-pajjiż, il-qalbiet ambjentali u diġitali.
Huwa għalhekk l-investiment fl-edukazzjoni u fit-titjib tal-ħiliet.
Faħħritna wkoll, fejn tidħol il-qalba ambjentali, il-President tal-Kummissjoni Ewropea meta ġiet magħna hawnhekk fostna biex tinawgura ir-Recovery and Resilience plan tagħha. Qaltilna wieħed mill-pjani l-aktar ambjentalment ħodor fost l-Unjoni Ewropea. Però rridu nassiguraw li minn dawn iż-żewġ qalbiet ma jbati ħadd u fil-proċess li mmorru għal dawn il-bidliet ma noħolqux xi inugwaljanza soċjali. Għalhekk l-enfasi tagħna fuq l-investiment fil-ħiliet.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima, il-Prim Ministru nnota proġetti ambjentali importanti li qed jieħdu s-sura fil-pajjiż.
Fosthom dak tal-Waste-to-energy fejn l-iskart isir riżorsa.
Semma wkoll id-direzzjoni li qed jagħti Gvern immexxi minnu dwar aktar investiment fir-rinnovabbli, settur li pajjiżna jrid ikun iżjed ambizzjuż, fisser il-Prim Ministru.