Il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe rriżenja minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Huwa ilu jbati minn kundizzjoni magħrufa bħala ulcerative colitis għal diversi snin, iżda qed ikun irrappurtat li reċentement il-kundizzjoni tiegħu marret għall-agħar.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, Abe sar l-aktar Prim Ministru Ġappuniż li ilu jservi l-pajjiż, wara li laħaq Prim Ministru fl-2012.
Shinzo Abe saħħaħ id-difiża u l-militar, iżda ma rnexxilux jaġġorna l-kostituzzjoni u Artiklu 9 li tipprojbixxi l-armata milli tagħmel xi azzjoni oħra, jekk mhux biex tiddefendi lilha nnifisha.
Ritratt: Reuters