Il-Prim Ministru tal-Ġappun Yoshihide Suga se jirriżenja hekk kif mhux se joħroġ għall-elezzjoni tal-mexxej tal-partit u b’hekk mhux se jibqa’ jmexxi l-Gvern.
Suga nħatar Prim Ministru sena ilu wara r-riżenja ta’ Shinzo Abe.
It-tħabbira ta’ Suga li mhux se jibqa’ Prim Ministru kienet waħda sorpriża iżda l-popolarità tiegħu hija fl-inqas livelli wara li l-pajjiż ilu fi stat t’emerġenza minħabba numru għoli ta’ każijiet tal-virus tal-Covid-19.
Taħt Suga l-programm ta’ tilqim anki mexa bil-mod ħafna.