Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jieħu sehem f’summit importanti li r-referenza li qiegħda ssir għalih hija s-summit umanitarj dinji. Dan is-summit qed isir f’mument fejn il-gwerra ċivili fis-Sirja daħlet fis-sitt sena tagħha u l-Ewropa qed tiffaċja l-ikbar kriżi ta’ refuġjati miż-żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
Is-summit se jsir fit-Turkija taħt il-patroċinju tal-President Tork Recep Tayyip Erdogan. Għas-summit mistennija jattendu 125 mill-193 pajjiż membru tan-Nazzjonijiet Magħquda u madwar 50 mexxej huma mistennija jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar x’lesti jagħmlu fil-konkret biex inaqssu d-diżastri umanitarji.
Fost il-mexxeja li se jattendu hemm ukoll il-kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel u l-Viċi President tal-Istati Uniti, Joe Biden. Peró mhux se jattendi l-President tar-Russja, Vladimir Putin, li ma laqax l-istedina li saritlu.
Intant, il-Papa talab lill-fidili biex jitolbu bil-għan li fis-summit ikun qbil u riflessjoni dwar l-iktar ħaġa importanti; il-ħajja ta’ kull bniedem.