Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe qal li Brexit mingħajr ftehim huwa mistenni, u ħareġ pjan ta’ azzjoni għal din l-eventwalità.
Dan jumejn biss wara li l-Parlament Ingliż ivvota kontra l-abbozz imfassal minn Theresa May, u li dwaru kien hemm qbil mal-Unjoni Ewropea wkoll. Issa, il-Prim Ministru Franċiż qal issa huwa ż-żmien li jgħaddu ċertu liġijiet u li jsir investiment fl-ajruporti u l-portijiet Franċiżi.
Hekk kif Theresa May qed taħdem fuq Pjan B għal Brexit, uffiċjal mill-Unjoni Ewropea mistenni jżur is-27 Stat Membru Eweropew biex jikkordina l-pjanijiet f’każ li ma jkunx hemm ftehim.
Intant, pajjiżi b’relazzjonijiet ulterjuri mar-Renju Unit jidher li diġa qed jippreparaw għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, anke jekk dan isir mingħajr ftehim.