Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ mexxejja dinjija oħra attenda għal Summit tal-Ġnus Magħquda dwar il-klima.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres iddeskriva dan is-summit bħala wieħed t’azzjoni u mhux biss ta’ diskussjoni.
“Jiena ottimist, iż-żmien qed jgħaddi iżda mhux se naqta’ qalbi”, qal Guterres b’referenza għall-kwistjoni tat-tibdil tal-klima.
Is-summit kien indirizzat ukoll minn istituzzjonijiet internazzjonali prinċipali u għaqdiet mhux governattivi.