Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li jinsab għaddej f’laqgħa mal-esperti tas-saħħa fejn qed tiġi diskussa s-sitwazzjoni preżenti b’rabta mal-Covid-19. Dan sabiex id-deċiżjonijiet li jittieħdu jibqgħu jkunu bbażati fuq ix-xjenza.
Fuq il-midja soċjali Dr Abela saħaq li hu u l-Gvern immexxi minnu se jibqa’ impenjat li jappoġġja lill-ħaddiema li qegħdin quddiem nett biex jiġġieldu kontra l-imxija tal-Covid-19 filwaqt li titħares s-saħħa tan-nies u l-kwalità tal-għajxien tal-familji.