Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, l-OECD, Mathias Cormann.
Dan waqt li jinsab f’Pariġi jattendi għall-Forum dwar il-Paċi.
Dr Abela u Cormann tkellmu fuq il-ġlieda kontra l-pandemija u sfidi oħra komuni li hemm bżonn jiġu indirizzati, bħat-tibdil fil-klima.
F’din il-laqgħa, ġiet diskussa wkoll ir-relazzjoni bejn Malta u l-OECD, u kif din tista’ tissaħħaħ aktar, fiż-żmien li ġej.
Il-Prim Ministru qal li jħares ’il quddiem b’ottimiżmu lejn aktar xogħol f’dan ir-rigward.