Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli l-Ħamis, bħala parti mill-impenji tiegħu f’summit ta’ jumejn mal-bqija tal-Mexxejja Ewropej.
Fuq l-aġenda tas-summit tal-Kunsill Ewropew hemm fost l-oħrajn l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 u l-immigrazzjoni.
Il-Ħamis filgħodu wkoll, Mexxejja Ewropej fosthom il-Prim Ministru Abela, iffirmaw ittra konġunta lill-Presidenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej fejn ikkommettew irwieħhom li jibqgħu jiddefendu d-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+.