Qabel ma’ jiltaqa’ mal-bqija tal-Mexxejja Ewropej fi Brussell, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jipparteċipa f’ laqgħa mal-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej.
Din il-laqgħa saret bi preparazzjoni għas-Summit li ġej, li se jiddiskuti l-elezzjonijiet Ewropej, l-isfida tal-Immigrazzjoni kif ukoll il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Fost il-Mexxeja Ewropej li qed jattendu għal dan il-laqgħa preparatorja hemm il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez, il-Prim Ministru tal-Iżvezja Stefan Lofven, il-Prim Ministru Portugiz Antonio Costa u l-Prim Ministru Slovakk, Peter Pellegrini. Magħhom hemm ukol iż-żewġ Viċi-Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans u Maros Sefcovic flimkien mal-Kummissarrju Ewropew Karmenu Vella.