Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-membri tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, l-IĠM.
Spjega kif huwa dejjem ta’ pjaċir għalih li jiltaqa’ u jiddiskuti mal-IĠM dwar diversi temi li jolqtu din il-professjoni importanti.
Qal kif dan id-djalogu miftuħ jagħti lok biex inkomplu nsaħħu r-riżorsi biex niffaċilitaw il-ħidma, ntejbu l-kwalità u nipproteġu l-indipendenza tal-ġurnalisti kollha.
Tenna kif jibqa’ jemmen li l-media għandha rwol kruċjali biex il-pubbliku jkun infurmat bl-iżviluppi f’pajjiżna u biex il-Gvern ikollu skrutinju meħtieġ għal operat dejjem aħjar.