Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab f’Londra fejn aktar tard illum mistenni li jiltaqa’ mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May. F’din il-laqgħa mistenni li jiġi diskuss l-istadju delikat tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ Brexit.
Waqt iż-żjara tiegħu fil-Kapitali Brittanika, il-Prim Ministru mistenni jiltaqa’ wkoll ma’ negozjanti li jidhru li huma interessati li jinvestu f’Malta.