Il-Prim Ministru Joseph Muscat ltaqa’ mal-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May.
Fi New York, fejn huwa impenjat b’laqgħat u sessjonijiet ta’ diskussjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Prim Ministru, qed ikolllu wkoll numru ta’ laqgħat bilaterali b’dik ma’ May tkun waħda mill-iktar importanti.
Dan fid-dawl li r-Renju Unit mistenni jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea minn ħin għal ħin, b’pajjiżna jkollu l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew fil-bidu tas-sena d-dieħla. Hija wkoll laqgħa importanti minħabba r-relazzjoni eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi.
“Hemm possibbiltà li dan il-proċess jibda waqt il-presidenza Maltija. Li rridu naraw li l-proċess ikun ġust għal kulħadd,” qal il-Prim Ministru Malti f’kumment wara l-laqgħa.