Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ llum ma’ rappreżentanti ta’ Reporters without Borders wara li talbu li jiltaqgħu miegħu biex jiddiskutu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll is-sitwazzjoni tal-midja f’Malta.
Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li l-laqgħa tat l-opportunità għal diskussjoni miftuħa u li matulha saru bosta skambji ta’ ħsibijiet bejn iż-żewġ delegazzjonijiet.
Għal-laqgħa attendew ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela u l-Avukat Ġenerali Peter Grech. Dan fuq talba tad-delegazzjoni ta’ Reporters Without Borders li kienet immexxija mis-Segretarju Ġenerali Christophe Deloire u mid-Direttur tal-Bureau tar-Renju Unit Rebecca Vincent.