Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-ħtieġa li tiżdied il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-vaċċin. Dan sabiex it-tilqima kontra l-Covid-19 tkompli tingħata b’mod mgħaġġel.
Dan intqal mill-Prim Ministru Malti waqt li kien qed jieħu sehem f’laqgħa ta’ preparazzjoni għall-Kunsill Ewropew mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, flimkien ma’ grupp ta’ mexxejja oħra tal-Unjoni Ewropea.
Fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-prijorità tal-Gvern Malti se tibqa’ li tiġi mħarsa s-saħħa tal-poplu Malti u anke li pajjiżna jkollu ekonomija b’saħħitha.
Din il-laqgħa preparatorja saret hekk kif il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej se jitlaqqa’ s-summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell.