Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab il-Polonja għal-laqgħa mal-Mexxejja Ewropej tal-għaxar pajjiżi li bħal-lum 15-il sena ssieħbu fl-Unjoni Ewropea.
Bit-tema ‘Flimkien għall-Ewropa, il-mexxejja tal-10 pajjiżi li huma r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, Ċipru u Malta, se jkunu qed jiddiskutu l-esperjenza ta’ dawn il-15-il sena, kif ukoll l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żmien li ġej.
Fi tweet il-Prim Ministru qal kif kien il-Prim Ministru tal-Polonja Mateusz Morawiecki li stieden lill-istati membri sabiex jikkommemoraw il-15-il anniversarju mill-akbar tkabbir ta’ pajjiżi fl-istorja tal-Unjoni Ewropea.
Good #MayDay2019 morning from #Warsaw where #Poland PM @MorawieckiM invited Member States to commemorate 15 years of 2004 #EU enlargement -JM pic.twitter.com/LUMF9mp1lv
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) May 1, 2019