Il-Prim Ministru Finlandiża Sanna Marin qalet li għamlet test tad-drogi hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa filmati wrew lill-Prim Ministru li għandha sitta u tletin sena tiddeverti ma’ artisti Finlandiżi.
Marin qiegħd taffaċċja kritika wara li dehret tiżfen ma’ sħabha. Att li nebbaħ xi politiċi sabiex jitgħu pressjoni fuq il-Prim Ministru biex tieħu test tad-drogi.
F’konferenza tal-aħbarijiet Sanna Marin qalet li ħadet test fil-jum tal-Ġimgħa u r-riżultati mistennija joħorġu l-ġimgħa d-dieħla.
Il-Prim Ministru Finlandiża ċaħdet li qatt ħadet xi drogi u sostniet li m’għamlet xejn illegali.