Fiż-żjara tiegħu fil-lokalitajiet Għawdxin, il-Prim Ministru Joseph Muscat, iltaqa’ ma’ mastrudaxxa fil-lokalità tal-Munxar.
Il-Mastrudaxxa stqarr ma’ Dr. Muscat li hu jaħdem full-time f’din is-sengħa u qal ukoll li tant żdiedlu x-xogħol li ser ikollu jkabbar l-operat tiegħu biex ilaħħaq mad-domanda.
Il-Prim Ministru ġie milqugħ minn bosta residenti tal-Munxar u ser ikompli jdur diversi lokalitajiet fosthom Għajnsielem u x-Xagħra.
Ritratti: Edward Montebello