L-għażla li ma nagħmlu xejn m’hijiex hemmhekk. Jekk ma nagħmlu xejn dwar it-tibdil fil-klima tfisser temp estrem, bħal maltempati qawwija li kien hemm fis-sajf li għadda, fil-Greċja u l-Libja.
Dan kien il-messaġġ prinċipali li għadda l-Prim Ministru Robert Abela fil-bidu tas-Summit tal-COP28, laqgħa tal-Ġnus Magħquda li tindirizza t-tibdil fil-klima, li qed issir f’Dubaj.
Il-Prim Ministru qal li jemmen li għalkemm din il-laqgħa ssir kull sena, m’hemmx riżultati tanġibbli biżżejjed. Dr Abela sostna li fuq li pajjiżna qed jagħmel ħafna, b’bidliet kbar. Dan permezz taż-żieda fil-persentaġġ ta’ enerġija rinnovabbli f’pajjiżna u semma wkoll li l-proġett eċċitanti li tintuża l-enerġija tar-riħ minfuq l-ibħra tagħna.
F’dan il-kumment, il-Prim Ministru Malti qal li jemmen b’mod pożittiv li jekk ikun hemm sforz globali jista’ jsir ħafna biex titrażżan iż-żieda fit-temperatura.
AQRA AKTAR: