Il-Prim Ministru Malti Robert Abela jinsab fi triqtu lejn l-Islovenja sabiex jieħu sehem f’summit informali tal-Kunsill Ewropew.
Dan is-summit se jkun qed isir fl-Islovenja, li bħalissa għandha f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, sal-aħħar ta’ din is-sena.
F’dan is-summit il-mexxejja Ewropej se jiddiskutu s-sitwazzjoni fl-Afganistan.
Dan wara li f’Awwissu li għadda, dan il-pajjiż ittieħed f’idejn it-Talibani.
Anke minħabba li f’Settembru, l-Unjoni Ewropea akkużat lill-President Amerikan, Joe Biden li warrab lill-pajjiżi Ewropej.
Dan wara li sar ftehim bejn l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Awstralja fuq -Afganistan.
Fil-Kunsill Ewropew se tkun diskussa wkoll ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea flimkien maċ-Ċina.
F’dan is-summit, mal-mexxejja Ewropej ser jingħaqdu wkoll il-mexxejja tal-Balkani, jiġifieri tal-Albanija, tal-Bosnija u Herzegovina, tas-Serbja, tal-Montenegro, tal-Maċedonja ta’ Fuq u tal-Kosovo.
Hawnhekk il-mexxejja Ewropej ma’ dawk tal-Balkani se jiddiskutu l-futur tal-Ewropa u anke se jitkellmu dwar il-possibiltà ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea.