Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab f’Alicante, fi Spanja, għal laqgħa mal-mexxejja tal-pajjiżi tal-Mediterran tal-Unjoni Ewropea, magħrufa bħala l-MED9.
F’dan is-summit qed jieħdu sehem il-mexxejja ta’ Malta, Spanja, il-ortugall, Franza, l-Italja, il-Greċja, Ċipru, is-Slovenja u l-Kroazja.
Se jattendu wkoll il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, u l-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel.
Il-ddiskussjoni se tiffoka fuq il-kriżi tal-enerġija u l-governanza ekonomika.