Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi New York, l-Istati Uniti, fejn qed jirrappreżenta lil Malta fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda.
Aktar tard illum, il-Prim Ministru Malti mistenni jindirizza l-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Maqgħuda, f’laqgħa li se tittratta l-paċi.
Dan hekk kif bħalissa, Malta għandha siġġu mhux permanenti, f’dan l-ogħla organu ta’ din l-istituzzjoni internazzjonali.
Fost impenji oħra fl-Istati Uniti, il-Prim Ministru Robert Abela se jindirizza d-79 Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, f’isem pajjiżna, nhar il-Ġimgħa li ġej.
Fl-aħħar jiem, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg indirizza s-‘Summit għall-Ġejjieni’, fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda.
AQRA AKTAR: