Il-Prim Ministru Robert Abela llejla qed fi Brussell għal Summit ma’ Mexxejja Ewropej u ta’ pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.
Dan huwa l-ewwel Summit immexxi mill-President il-ġdid tal-Kunsill Ewropew, António Costa.
Fil-laqgħa ħa tkompli d-diskussjoni dwar is-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Balkani tal-Punent.
Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Mexxejja l-oħra se jiddiskutu wkoll il-bini ta’ pedament ekonomiku għall-ġejjieni u t-trażżin tal-impatt tal-gwerra tar-Russja fuq l-Ukrajna.
Dan apparti l-koperazzjoni dwar l-immigrazzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.
Is-Summit se jiddiskuti wkoll sfidi ġeo-politiċi kurrenti u kif dawn jolqtu lill-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.
Għada mbagħad, il-Prim Ministru Malti u l-Mexxejja Ewropej se jiltaqgħu għall-ewwel Kunsill Ewropew immexxi mill-eks Prim Ministru Portugiż Costa.
F’dan il-Kunsill fuq l-aġenda hemm l-Ukrajna, il-Lvant Nofsani, il-migrazzjoni u l-Unjoni Ewropea fid-dinja.