Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela huwa fdat aktar mid-doppju ta’ Adrian Delia jew persuni oħra li jistgħu jieħdulu postu.
Dan ħareġ minn stħarriġ tal-istatistiku Vincent Marmara li kien ikkummissjonat mill-gazzetta t-Torċa.
F’dan l-istħarriġ xjentifiku l-Prim Ministru Abela kiseb wieħed u ħamsin punt ħamsa tal-fiduċja filwaqt li Adrian Delia jew nies oħra li jistgħu jeħdulu postu kisbu wieħed u għoxrin punt erbgħa fil-mija.
L-istess stħarriġ kkonkluda wkoll li kieku kellha ssir elezzjoni għada l-Partit Laburista jikseb ħamsa u ħamsin punt disgħa fil-mija tal-voti filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jikseb erbgħin punt tmienja fil-mija. Differenza ta’ ħmistax fil-mija.
L-istħarriġ ta’ dan l-istatistiku awtorevoli nnota wkoll li l-Partit Laburista reġa’ żied id-distakk fuq l-aħħar elezzjoni ġenerali bi kważi tnejn fil-mija.
Sitta punt tlieta fil-mija ta’ dawk li fl-elfejn u sbatax ivvutaw lill-Partit Nazzjonalista stqarrew ukoll li għandhom aktar fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela milli f’Adrian Delia jew persuni oħra li qed jippuntaw biex jeħdulu f’postu f’elezzjoni bikrija għall-kariga ta’ Kap Nazzjonalista.