Il-Prim Ministru Robert Abela żar l-attivitajiet organizzati f’Misraħ il-Ħelsien, fil-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa. L-attività annwali, organizzata minn Servizzi Ewropej f’Malta, tfakkar id-dikjarazzjoni storika ta’ Robert Schuman fid-9 ta’ Mejju 1950 dwar il-bażi tal-proġett Ewropew li llum il-ġurnata jinkludi 27 stat membru.
Il-Prim Ministru fisser ir-rwol ta’ din l-entità f’Malta bħala kruċjali, għax tappoġġja tant għaqdiet biex jaċċessaw il-fondi Ewropej, inkluż fl-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej li qatt inkisbu minn Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prim Ministru, akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv tas-SEM, Rodrick Zerafa, iltaqa’ ma’ diversi entitajiet li jipprovdu informazzjoni u servizzi dwar l-opportunitajiet li jeżistu.
