F’kitba dwar l-ambjent, fost oħrajn dwar l-użu tal-art, il-Prim Ministru qal li din hija l-ikbar kunsiderazzjoni li għandu pajjiżna.
F’artiklu fil-ġurnal KullĦadd f’Jum l-Ambjent, li fih elenka l-viżjoni tal-gvern f’dan is-settur, għaż-żmien li ġej il-Prim Ministru tkellem dwar kif il-gvern seta’ kien iktar sensttiv f’ċerti oqsma. “Iva stajna konna aktar sensittivi, imma lanqas missejna frazzjoni mill-art verġni li l-Gvern ta’ qabilna miss u r-rovina,” kiteb il-Prim Ministru.
F’ mument fejn qed tinbet kontroversja dwar applikazzjonijiet għal bini għoli f’ċerti żoni ta’ Malta l-Prim Ministru żied: “Irridu nkunu wkoll kurraġġużi u niddeċiedu sew fuq il-high rise, bħala mudell għal pajjiżna, għal min irid jinvesti fid-dawl ta’ art limitata.”
Għalkemm iċċara wkoll kif mhux għax xi ħadd ħolom b’idea se tiġri bilfors.
“Qed ninnota li qed inkunu ġudikati fuq applikazzjonijiet u mhux deċiżjonijiet,” kiteb il-Prim Ministru li fisser kif f’soċjetà demokratika kulħadd għandu dritt japplika. Intant, il-Prim Ministru ta wkoll eżempju wara ieħor ta’ kif f’amministrazzjonijiet preċedenti l-art kienet arma elettorali, u wiegħed li mhux se jbiddel il-pjani lokali għax tkun ġejja xi elezzjoni biex jinqdew in-nies.
Iżda, l-art ma kinetx l-uniku tema fl-artiklu tal-Prim Ministru li jidher hawn taħt. Tkellem ukoll dwar l-arja nadifa, l-ilma u l-biodiversità fost bosta temi oħra.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/06/06_KullĦadd-2.pdf”]