Il-Prim Ministru Robert Abela ħa sehem fil-podcast ma’ Ricky Caruana, fejn ġew diskussi diversi temi.
Dwar il-każ ta’ Jean Paul Sofia, il-Prim Ministru Robert Abela qal li ħares lejh minn lenti ta’ avukat – jiġifieri l-ewwel hemm inkjesta Maġisterjali u wara li tingħalaq din, jara jekk għandux ikun hemm inkjesta pubblika jew le.
“Jiġifieri llum kieku nħares lura x’skont nagħmel l-ewwel ħaġa dakinhar, kienet, nagħmel kif għamilt dakinhar ta’ Miriam Pace. X’għamilt f’ta’ Miriam Pace? Mort fuq is-sit tal-inċident. Issa tgħidli… il-weġġgħa ma kinitx żgħira dakinhar f’Santa Venera. Immaġina jiġi jkellmek ir-raġel ta’ Miriam u t-tfal tagħha, u ma jistgħux isibu l-ġisem, ħadd ma jaf għadhiex ħajja, ħadd ma jaf mietitx. Filgħaxija, bid-dwal, is-CPD tagħna jipprovaw jagħmlu minn kollox biex, però, dakinhar sirt naf min hu r-raġel tagħha.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Dr Abela nnota li fil-każ ta’ Sofia, hu seta’ għamel aħjar.
“Jekk tgħidli għaliex ma mortx fuq is-sit tal-inċident. Niftakar qaluli aħjar imur il-Ministru u mar il-Ministru dakinhar. Naħseb dan kien nuqqas, li jien naħseb kelli mmur hemm ħa nipprova nara u nifhem eżattament x’ġara. Tgħidli rwol ta’ Prim Ministru li jagħmel dan? Ngħidlek iva ta’.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Intqal li dan wassal biex kien hemm min ħaseb li hu ried jgħatti lil xi ħadd. Bl-inkjesta pubblika ntalbet biex tistabbilixxi jekk hu kienx qed jaħbi xi ħaġa u ntqal b’mod ċar li ma nstab xejn.
Tkellem dwar numru ta’ ċirkostanzi li kienu għaddejjin dwar dan il-każ, hekk kif l-inkjesta Maġisterjali bdiet iddum, waqt li l-omm riedet tkun taf x’ġara eżatt.
Dr Abela qal li n-nies irrabbjaw dwar dan il-każ anki minħabba l-fatt li l-Partit Laburista dejjem ħa ħsieb liż-żgħir u lill-ħaddiema.
“Illum il-ġurnata li ma’ Isabelle għandi an open channel of communication, jiġifieri nselmilha. Anki tawgurali, jekk kien il-Milied, tibgħatli, nibgħatilha, nilqugħa Jonathan u jien, Jonathan Attard.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
F’din l-intervista, il-Prim Ministru tkellem dwar l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
ROBERT ABELA: “Waħda mis-saħħiet li għandu l-Partit Laburista huwa li aħna ma nemmnux f’politika ta’ kattiverja.”
RICKY CARUANA: “Tarakom taħdmu flimkien għall-elezzjoni?”
ROBERT ABELA: “Mhux narana naħdmu fil-futur, aħna għadna naħdmu flimkien.”
Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar l-eks Deputat Prim Ministru Chris Feane.
“Grat lejh ħafna ta’ kif ħdimna f’pandemija, tinsiex f’ċirkostanzi li f’partit politiku, il-PN, meta kkontestaw fl-2004, Gonzi u Dalli partikolarment, baqgħu għaddejjin bi ġlieda li għadha għaddejja sal-lum, għexiren ta’ snin wara. Ma’ Chris aħna għedna ejja ħa nieħdu deċiżjoni li mmexxu dan il-pajjiż mill-agħar kriżi li qatt kellu, il-pandemija. U għamilniha flimkien, spalla dejjem miegħi.”
Il-Prim Ministru Robert Abela