Il-Prim Ministru tar-Repubblika taċ-Ċeka se jkollu jaħtar il-ħames Ministru tas-Saħħa tiegħu waqt pandemija.
Il-Prim Ministru Andrej Babis qed jaffaċja kriżi wara l-oħra qabel l-elezzjonijiet f’Ottubru.
Ir-raba’ Ministru tas-Saħħa Petr Arenberger ċempel lil Babis waqt li dan kien għas-Summit tal-Kunsill Ewropew fi Brussell.
F’dik it-telefonata Arenberger għarraf lill-Prim Ministru li hu qed jirriżenja minn Ministru.