Il-Prim Ministru Brittaniku Rishi Sunak ġie mmultat talli ma kienx liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà f’karozza li kienet qed tinstaq. Huwa ġie mħarrek wara li tella’ filmat tiegħu fuq il-mezzi soċjali. Il-Prim Ministru Sunak aċċetta li kien żball min-naħa tiegħu u talab skuża filwaqt li ħallas il-multa.
Iċ-ċitazzjonijiet għall-passiġġieri li ma jkunux lebsin iċ-ċinturin tas-sigurtà jlaħħqu 100 lira sterlina, bil-multa tista’ tiżdied għall-500 sterlina jekk il-każ jitla’ l-qorti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI