Il-Prim Ministru Brittanika l-ġdida, Liz Truss, wiegħdet l-appoġġ kontienwu tar-Renju Unit lill-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky, waqt telefonata li għamet fl-ewwel kuntatt tagħha ma’ mexxej barrani. Aktar tard hija tkellmet ukoll mal-President Amerikan Joe Biden. Huma ddiskutew l-importanza li jintlaħaq qbil bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar ir-regoli tal-kummerċ ta’ wara Brexit fl-Irlanda ta’ Fuq.
Intant Truss, ħabbret il-kabinett tagħha wara li saret uffiċjalment Prim Ministru lbieraħ. Dawk alleati tagħha waqt il-kampanja biex tilħaq il-mexxej tal-Partit Konservattiv Ingliż, minflok Boris Johnson, ingħataw portafolli b’saħħithom.
Filwaqt li l-ebda membru parlamentari li appoġġja lir-rivali tagħha waqt il-kampanja, Rishi Sunak, ma għandu post fil-kabinett. Madankollu, ħames mill-kandidati li kkonsetaw għall-kap tal-Partit Konservattiv ingħataw irwoli għolja.
Aktar tard illum se ssir l-ewwel laqgħa tal-kabinett.