Illejla, il-Prim Ministru Robert Abela kompla jiltaqa’ man-nies.
Man-nies fil-Gudja huwa sostna l-importanza tal-għażla li għandu quddiemu l-poplu fis-sitta u għoxrin tal-Marzu li ġej.
Tenna li l-għażla fil-Partit Laburista hija waħda ċara għaliex fl-aħħar snin u xhur mexxa b’ħila u konsistenza. Għażla bejn min irid il-passat u min irid il-futur.
Hawn il-Prim Ministru tenna li l-għażla hija tal- pensjonanti, taż-żgħażagħ, tal-ħaddiema u n-negozji biex jaraw aktar proposti u skemi ta’ għajnuna jiġu implimentati.
Dr Robert Abela kkonkluda billi tenna li issa li qed noħorġu mill-pandemija b’mod kawt u mhux bil-populiżmu, resqin lejn rebbiegħa ta’ xogħol biex nersqu aktar lejn titjib fil-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd.