Il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-midja soċjali, awgura lill-istudenti li llum irċivew r-riżultati tal-O u l-A-Levels. Huwa aċċenna għall-fatt li dawn l-istudenti għamlu dawn l-eżamijiet fi żmien partikolari ħafna, u għalhekk wieħed japprezza aktar x-xogħol li jagħmlu l-istudenti kollha.
Filwaqt li lil dawk l-istudenti li xtaqu riżultat differenti, il-Prim Ministru għaddielhom messaġġ ta’ kuraġġ. Huwa qalhom biex jaqtgħux qalbhom, u appellalhom biex ifittxu programmi t’għajnuna, inkluż dawk li jiffurmaw parti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ, filwaqt li jibqgħu jħarsu ’l quddiem.