Il-Prim Minsitru Joseph Muscat illejla se jkun qiegħed jagħmel messaġġ lill-poplu Malti dwar l-100 mitt jum ta’ din il-leġislatura li matul bdiet ħidma biex jitwettaq il-programm elettorali tat-tieni Gvern immexxi minnu.
Il-messaġġ se jkun qiegħed jixxandar illejla fuq l-istazzjon nazzjonali TVM fid-20.50 p.m.
Il-messaġġ se jixxandar ukoll fuq il-programm Arena fuq ONE TV li jibda fid-20.50 p.m. u li matulu se jiġu diskussi bosta temi li mmarkaw il-ħidma tal-Gvern fl-ewwel mitt jum.