Fi Brussell hekk kif kompliet is-sessjoni tal-Ħamis tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru Robert Abela kellu messaġġ ieħor importanti li għadda, din id-darba favur in-newtralità li jħaddan pajjiżna u l-ħtieġa li l-Parlament Ewropew jirrispetta l-Kostituzzjoni ta’ Stat Membru bħal Malta u lill-Parlament Malti.
Fl-intervent tiegħu li tkellem bil-Malti, il-Prim Ministru Robert Abela tenna dak li l-Gvern Malti qed jaħdem għalih bla waqfien, il-paċi u f’messaġġ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola saħaq li l-Parlament Ewropew għandu wkoll jirrispetta l-pożizzjoni tan-newtralità ta’ Malta fil-proċessi leġislattivi u politiċi tiegħu.
Dr Abela żied jgħid li rridu nibqgħu Ewropa tal-paċi, tas-serenità u tal-istabbiltà, prinċipji li hi msejsa fuqhom l-Ewropa.
AQRA AKTAR:
Il-PM b’messaġġ b’saħħtu fil-bidu tal-Kunsill Ewropew: Is-sitwazzjoni f’Gaza wake-up call għall-UE