Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa bilaterali mal-President tal-Guyana, Mohammed Irfaan Ali Philips.
Dan sar fil-marġini tal-laqgħa għolja fi Brussell bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-pajjiżi tal-Karibew.
Matul din il-laqgħa ġiet diskussa aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi bħala pajjiżi membri tal-Commonwealth u l-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti.
Ġiet diskussa wkoll il-possibilita ta’ ftuħ ta’ relazzjonijiet bilaterali formali bejn iż-żewġ pajjiżi.