Waqt żjara statali fir-Repubbika Ċeka, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-koperazzjoni bejn Malta u r-Repubblika Ċeka, ir-relazzjonjiet bejn iż-żewġ pajjiżi u dik personali bejn iż-żewġ mexxejja hija l-essenza tal-unjoni ewropea.
Dr Muscat qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta mal-Prim Ministru Ċek Andrej Babis fi tmiem laqgħa bilaterali bejn iż-żewġ mexxejja fil-bini tal-Gvern fil-belt kapitali Praga.
Dr Muscat tenna kif minkejja d-differenzi kemm ġeografiċi u kemm kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi, illum Malta u r-Repubblika Ċeka saru jafu iktar lil xulxin.
“You are a landlocked country we are an island in the mediterranean sea so the dynamics are different but i think sitting around the table together helped us understand better each other’s perspectives”.
Il-Prim Ministru nnota li din is-sena tfakkar l-għoxrin anniversarju mindu saret l-ewwel titjira diretta bejn Malta u r-Repubblika Ċeka. Titjira li llum issarrfet f’kontribuzzjoni b’saħħitha għall-ekonomija Maltija tant li madwar-22,000 Ċek fis-sena jagħżlu lil Malta għal btala tagħhom.
“The Czech Republic is becoming an important player also in our economy especially in our turism and we look forward to develop that even more”.
Dwar il-ħatriet il-ġodda fl-ogħla istituzzjonijiet Ewropej, Dr Musct qal li dawn jixhdu li l-Ewropa tista’ ssolvi kull kwistjoni b’mod effiċjenti:
“It was a tough negotiation but and I would like to continue to remind this. It shows that Europe works at the end of the day. It shows that Europe can do it’s job and can solve issues in an efficient manner”.
Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru Ċek faħħar ir-riżultati ekonomiċi pożittivi li kisbet Malta fl-aħħar snin grazzi għal riformi ġodda taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Muscat.
Huwa ħabbar ukoll li se jibgħat delegazzjoni kummerċjali f’pajjiżna biex tesplora opportunitajiet ta’ negozju fl-oqsma tat-teknoloġija innovattiva u l-edukazzjoni.