Il-Prim Ministru Belġjan Charles Michel offra r-riżenja tiegħu ftit jiem wara li wieħed mill-imsieħba ewlenin tal-koalizzjoni tiegħu irriżenja fuq tilwima b’rabta mal-migrazzjoni.
Michel tilef is-sostenn tan-‘New Flemish Alliance’ fuq l-appoġġ tiegħu għal ftehim tan-Nazzjonijiet Magħquda fuq il-migrazzjoni li kien iffirmat il-ġimgħa l-oħra f’Marrakech.
Il-pass li joffri r-riżenja segwa protesti ħorox fi Brussel kontra dan l-istess ftehim. Michel qal lir-Re Philippe bid-deċiżjoni tiegħu, bir-re għadu jrid jgħid jekk hux se jaċċetta r-riżenja.
Il-Prim Ministru Belġjan, li għandu 42 sena u nħatar f’Ottubru 2014 wara li fforma koalizzjoni, kien sar l-iżgħar Prim Ministru tal-pajjiż mill-1841.