Fil-Belġju, il-Prim Ministru Alexande De Croo ħabbar li se jirreżenja. Dan wara li l-Ħadd, il-Partit Liberali tilef tlett elezzjonijiet: dawk reġjonali, nazzjonali u tal-Parlament Ewropew.
Dan hekk kif f’dawn l-elezzjonijiet ġabu l-maġġoranza tal-voti, żewġ partiti tal-lemin estrem.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’dawn ir-riżultati, De Croo ma jistax jgħaqqad koalizzjoni biex jerġa’ jmexxi l-pajjiż.
Huwa sostna li se jibqa’ Prim Ministru caretaker, sakemm tingħaqad koalizzjoni biex tmexxi l-Gvern f’dan il-pajjiż.