Il-Prim Ministru Awstraljan, Scott Morrison, esprima d-dispjaċir tiegħu għal mod kif ħa ħsieb il-kriżi b’rabta man-nirien li ħakmu l-pajjiż.
Morrison kien qed jaffaċċja kritika qawwija b’rabta mal-mod kif il-Gvern irrisponda għal dawn in-nirien u kif ukoll b’rabta ma’ liġijiet dwar il-klima.
In-nirien li ħakmu bosta żoni fl-Awstralja ilhom għaddejjin minn Settembru li għadda fejn kawża tagħhom, tilfu ħajjithom 28 persuna u nofs biljun annimali fosthom kangaroos u koalas.
Ritratt: Getty Images