Il-Prim Ministru Awstraljan, Scott Morrison wissa li l-pajjiż jaf se jkun qed jaffaċċja lockdown sabiex jegħleb il-Coronavirus.
Dawn il-miżuri mistennija jidħlu wara li kien hemm folol kbar fuq il-bajjet ta’ Sydney fosthom f’Bondi – dan wara jiem ta’ appelli biex in-nies iżommu d-distanza.
Morrison qal li s-sitwazzjoni fil-Bajja ta’ Bondi għandha tiftaħ għajnejn il-pajjiż dwar il-bżonn ta’ miżuri aktar serji.
In-numru ta’ każijiet ta’ Coronavirus fl-Awstralja issa tela’ għal 1,000 persuna, fejn 7 persuni tilfu ħajjithom.
Ritratt: Getty Images